+Artikolu 44 Reġistru tal-produtturi
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3
---+Artikolu 44 4
---+Artikolu 44 5
---+Artikolu 44 6
---+Artikolu 44 7
---+Artikolu 44 8
---+Artikolu 44 9
---+Artikolu 44 10
---+Artikolu 44 11
---+Artikolu 44 12
---+Artikolu 44 13
---+Artikolu 44 14
|
Artikolu 44 Reġistru tal-produtturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1
|
1. Kull Stat Membru għandu, fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ewwel att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 14, jistabbilixxi reġistru nazzjonali li għandu jservi biex jimmonitorja l-konformità tal-produtturi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
Kull reġistru nazzjonali għandu jipprovdi links għas-siti web ta' reġistri nazzjonali oħra tal-produtturi biex jiffaċilita, fl-Istati Membri kollha, ir-reġistrazzjoni tal-produtturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
|
|
Artikolu 44 2
|
2. Il-produtturi għandhom ikunu obbligati jirreġistraw fir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f'kull Stat Membru fejn iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba jew fejn jispakkjaw prodotti fl-imballaġġ mingħajr ma jkunu l-utenti finali, billi jippreżentaw applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru ta' kull tali Stat Membru. Meta produttur ikun inkariga organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’ismu skont l-Artikolu 46(1), l-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni, għajr jekk ikun speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru li fih ikun stabbilit ir-reġistru.
|
|
Artikolu 44 3
|
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu, fuq il-bażi ta' mandat bil-miktub, jiġu ssodisfati, f'isem il-produtturi minn rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur.
|
|
Artikolu 44 4
|
4. Il-produtturi ma għandhomx iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ fit-territorju ta' Stat Membru għall-ewwel darba, jew jispakkjaw prodotti fl-imaballaġġ mingħajr ma jkunu l-utenti finali, jekk huma jew, meta jkun applikabbli, f'konformità mal-Artikolu 45, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ma jkunux irreġistrati f'dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 44 5
|
5. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-Parti A tal-Anness IX. Stat Membru jista’ jitlob lill-produtturi jipprovdu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali jekk tali informazzjoni jew dokumenti jkunu meħtieġa għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mar-regoli adottati minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 40(2).
|
|
Artikolu 44 6
|
6. Meta rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikun jirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, dan għandu jipprovdi, minbarra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5, l-isem u d-dettalji tal-kuntatt ta' kull wieħed mill-produtturi li jirrapreżenta, separatament.
|
|
Artikolu 44 7
|
7. Il-produttur jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, kif stipulat mil-liġi nazzjonali f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jissottomettu l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 1, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru, sal-1 ta' Ġunju għal kull sena kalendarja preċedenti sħiħa.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni provduta skont dan il-paragrafu tiġi awditjata u ċċertifikata minn awdituri indipendenti taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 40(1), abbażi ta' standard nazzjonali possibbli.
|
|
Artikolu 44 8
|
8. Meta produttur, qiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru kwantità ta' imballaġġ, inkluż l-imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, ta’ inqas minn 10 tunnellati matul sena kalendarja waħda, jew fil-każ ta’ produttur definit fl-Artikolu 3(1), punt (15)(e), jispakkja kwantita’ ta’ imballaġġ ta’ inqas minn 10 tunnellati matul sena kalendarja waħda, il-produttur jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, kif stipulat mil-liġi nazzjonali f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 2, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru, sal-1 ta' Ġunju għal kull sena kalendarji preċedenti sħiħa.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’, għal sena kalendarja speċifika, jistabilixxi limitu massimu aktar baxx milli dak imsemmi fl-ewwel subparagrafu jekk l-Istat Membru altrimenti ma jkollux biżżejjed data preċiża sabiex:
|
(a)
|
jikkonforma mal-obbligi ta' rapportar skont l-Artikolu 56(1) u (2), f'dik is-sena kalendarja; u
|
|
(b)
|
jiżgura li l-bażi tad-data skont l-Artikolu 57 tkun kompluta u tipprovdi d-data skont l-Artikolu 56(2), il-punt (a).
|
|
|
Artikolu 44 9
|
9. Jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' baġit, Stat Membru jista' jitlob lill-produttur jissottometti l-informazzjoni li tinsab fil-Parti B, il-punti 1 u 2, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru fuq bażi trimestrali.
|
|
Artikolu 44 10
|
10. Il-produtturi, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigati bit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew l-operaturi tas-sistema tal-użu mill-ġdid, fil-każ fejn is-sistemi tal-użu mill-ġdid ikunu qed jissodisfaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni stabbilita fil-Parti B, il-punt 3, tal-Anness IX lill-awtorità kompetenti kull sena għal kull sena kalendarja preċedenti sħiħa fuq bażi annwali.
Fejn skont il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet pubbliċi jkunu responsabbli għall-organizzazzjoni tal-immaniġġar tal-iskart mill-imballaġġ, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet għandhom jippreżentaw l-informazzjoni stipulata fil-Parti B, il-punt 3, tal-Anness IX.
|
|
Artikolu 44 11
|
11. L-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistru:
|
(a)
|
għandha tirċievi applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2 permezz ta' sistema elettronika tal-ipproċessar tad-data li d-dettalji tagħhom għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti;
|
|
(b)
|
għandha tagħti reġistrazzjonijiet u tipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni f'perjodu massimu ta' tnax-il ġimgħa mill-mument li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafi 5 u 6;
|
|
(c)
|
tista' tistabbilixxi l-modalitajiet fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-proċess tar-reġistrazzjoni mingħajr ma żżid rekwiżiti sostantivi ma' dawk stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6;
|
|
(d)
|
tista' timponi fuq il-produttur tariffi bbażati fuq il-kostijiet u proporzjonati għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2;
|
|
(e)
|
għandha tirċievi u timmonitorja l-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafi 7 u 8.
|
|
|
Artikolu 44 12
|
12. Il-produttur, jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fir-reġistrazzjoni u bi kwalunkwe waqfien permanenti tat-tqegħid għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru tal-imballaġġ jew tal-prodott fl-imballaġġ imsemmi fir-reġistrazzjoni. Produttur għandu jitneħħa mir-reġistru 3 snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha tintemm ir-reġistrazzjoni tal-produttur jekk il-produttur ma jkunx għadu jeżisti bħala produttur.
|
|
Artikolu 44 13
|
13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-lista ta' produtturi rreġistrati tkun faċilment aċċessibbli, disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas, mingħajr preġudizzju għall-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali. Il-lista tal-produtturi rreġistrati għandha tkun tista' tinqara minn magna, tista' titqiegħed f'ordni u jkun jista' jsir tiftix fiha, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għal użu minn parti terza.
|
|
Artikolu 44 14
|
14. Il-Kummissjoni għandha tadotta sat-12 ta’ Frar 2026, atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-reġistrazzjoni u r-rapportar fir-reġistru u li jispeċifikaw il-granularità tad-data li għandha tiġi pprovduta u t-tipi tal-imballaġġ u l-kategoriji tal-materjali li għandhom jiġu koperti mill-informazzjoni sottomessa.
Il-format għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni skont dan l-Artikolu għandu jkun interoperabbli, għandu jkun ibbażat fuq standards miftuħa u data li tinqara minn magna, u għandu jkun trasferibbli permezz ta' network interoperabbli għall-iskambju tad-data mingħajr intrappolament tal-klijentela.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 65(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|