13. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-lista ta' produtturi rreġistrati tkun faċilment aċċessibbli, disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas, mingħajr preġudizzju għall-preservazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali. Il-lista tal-produtturi rreġistrati għandha tkun tista' tinqara minn magna, tista' titqiegħed f'ordni u jkun jista' jsir tiftix fiha, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għal użu minn parti terza.