3. Produttur imsemmi fl-Artikolu 3(1), punt (15)(c) u (d), għandu jaħtar, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'kull Stat Membru fejn il-produttur iqiegħed l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba, għajr l-Istat Membru fejn il-produttur huwa stabbilit. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-produtturi stabbiliti f'pajjiżi terzi għandhom jaħtru, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur meta jqiegħdu l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ għad-dispożizzjoni fit-territorju tagħhom għall-ewwel darba.