+Artikolu 45 Responsabbiltà estiża tal-produttur
---+Artikolu 45 1
---+Artikolu 45 2
---+Artikolu 45 3
---+Artikolu 45 4
---+Artikolu 45 5
---+Artikolu 45 6
---+Artikolu 45 7
---+Artikolu 45 8
---+Artikolu 45 9

Artikolu 45 Responsabbiltà estiża tal-produttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45 1

1.   Il-produtturi għandu jkollhom responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u ma' din it-Taqsima għall-imballaġġ, inkluż l-imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ li jqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru jew li jispakkjaw mingħajr ma jkunu l-utenti finali.

Artikolu 45 2

2.   Minbarra l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(4) il-punt (a), tad-Direttiva 2008/98/KE, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produttur għandhom ikopru l-kostijiet li ġejjin:

(a)

il-kostijiet tat-tikkettar tar-reċipjenti tal-iskart għall-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament; u

(b)

il-kostijiet tat-twettiq ta' stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali mħallat miġbur skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/595 (74) u skont l-atti ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament fejn dawk l-atti ta' implimentazzjoni jipprevedu obbligu li jitwettaq stħarriġ bħal dan.

Il-kostijiet li għandhom jiġu koperti għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti, proporzjonat, nondiskriminatorju u effiċjenti.

Artikolu 45 3

3.   Produttur imsemmi fl-Artikolu 3(1), punt (15)(c) u (d), għandu jaħtar, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'kull Stat Membru fejn il-produttur iqiegħed l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba, għajr l-Istat Membru fejn il-produttur huwa stabbilit. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-produtturi stabbiliti f'pajjiżi terzi għandhom jaħtru, b'mandat bil-miktub, rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur meta jqiegħdu l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ għad-dispożizzjoni fit-territorju tagħhom għall-ewwel darba.

Artikolu 45 4

4.   Għall-finijiet tal-konformità mal-Artikolu 30(1), il-punti (d) u (e), tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-fornituri tal-pjattaformi online li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament u li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod mal-produtturi għandhom jiksbu l-informazzjoni li ġejja mingħand il-produtturi li joffru imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni qabel ma jħallu dawk il-produtturi jużaw is-servizzi tagħhom:

(a)

l-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur u n-numru/numri tar-reġistrazzjoni tal-produttur f'dak ir-reġistru;

(b)

l-awtoċertifikazzjoni mill-produttur li tikkonferma li joffri biss imballaġġ li fir-rigward tiegħu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tar-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-konsumatur.

Meta produttur ibigħ il-prodotti tiegħu permezz ta' suq online, l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu, fuq il-bażi ta’ mandat bil-miktub, jiġu ssodisfati mill-fornitur tal-pjattaforma online, f'isem il-produttur.

Artikolu 45 5

5.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, meta tkun prevista rikonċiljazzjoni awtomatizzata tad-data mar-reġistru nazzjonali f'dak l-Istat Membru, din għandha tkun applikabbli għall-verifika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b).

Artikolu 45 6

6.   Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u qabel ma jħalli lill-produtturi jużaw is-servizzi tiegħu, il-fornitur tal-pjattaforma online għandu jagħmel ħiltu biex jivvaluta jekk l-informazzjoni riċevuta hijiex kompluta u affidabbli.

Artikolu 45 7

7.   Il-produtturi li joffru l-imballaġġ jew prodotti fl-imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni għandhom jipprovdu lill-fornituri ta' servizzi ta' eżekuzzjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni u l-produttur għal kwalunkwe servizz imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Artikolu 45 8

8.   Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni u l-produttur għal kwalunkwe servizz msemmi fl-Artikolu 3, il-punt (11) tar-Regolament (UE) 2019/1020, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu, permezz tal-użu ta' kwalunkwe bażi tad-data online uffiċjali aċċessibbli liberament jew interfaċċa online magħmula disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni jew permezz tal-lista tar-reġistrazzjoni disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 44(13) ta' dan ir-Regolament jew talbiet lill-produttur biex jipprovdi dokumenti ta' sostenn minn sorsi affidabbli, jagħmel l-aħjar sforzi biex jivvaluta jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu hijiex affidabbli u kompluta. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-produtturi għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta.

Meta l-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni jikseb indikazzjonijiet suffiċjenti jew ikollu raġuni biex jemmen li kwalunkwe oġġett ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 7 miksub mill-produttur ikkonċernat ma jkunx preċiż, ma jkunx komplut jew ma jkunx aġġornat, dak il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jitlob lill-produttur jirrimedja dik is-sitwazzjoni mingħajr dewmien żejjed jew fil-perjodu stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, kif applikabbli.

Meta l-produttur jonqos milli jikkoreġi jew jikkompleta dik l-informazzjoni, il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jissospendi malajr il-forniment tas-servizz tiegħu lil dak il-produttur fir-rigward tal-offerta tal-imballaġġ jew il-prodotti fl-imballaġġ lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni sakemm it-talba tkun ġiet issodisfata bis-sħiħ. Il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni għandu jipprovdi lill-produttur bir-raġunijiet għas-sospensjoni.

Artikolu 45 9

9.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (75), f'każ li fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni jissospendi l-forniment tas-servizzi tiegħu skont il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-produttur ikkonċernat għandu jkollu d-dritt li jikkontesta d-deċiżjoni tal-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni quddiem qorti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur ta' servizz ta' eżekuzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.