4. Il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, ta’ kwalunkwe biddla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni, jew dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet. Abbażi ta’ xi wħud minn dawn il-bidliet notifikati jew kollha kemm huma, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li temenda l-awtorizzazzjoni.