+Artikolu 47 Awtorizzazzjoni dwar it-twettiq tar-responsabbiltà estiża tal-produttur
---+Artikolu 47 1
---+Artikolu 47 2
---+Artikolu 47 3
---+Artikolu 47 4
---+Artikolu 47 5
---+Artikolu 47 6

Artikolu 47 Awtorizzazzjoni dwar it-twettiq tar-responsabbiltà estiża tal-produttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 47 1

1.   Il-produttur, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigata bit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandu japplika għal awtorizzazzjoni dwar l-issodisfar tar-responsabbiltà estiża tal-produttur mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 47 2

2.   Meta jadottaw miżuri li jistabbilixxu r-regoli amministrattivi u proċedurali msemmija fl-Artikolu 40(2), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti u d-dettalji tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni. Dawk ir-rekwiżiti u d-dettalji jistgħu jvarjaw għall-issodisfar individwali u kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu l-modalitajiet għall-verifika tal-konformità, inkluż l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għal dak l-għan. Il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżiti dwar il-verifika tal-arranġamenti fis-seħħ biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u l-perjodi ta' żmien għal dik il-verifika, li ma għandhomx jaqbżu t-18-il ġimgħa mill-preżentazzjoni tal-fajl komplut tal-applikazzjoni. Dik il-verifika għandha ssir minn awtorità kompetenti jew minn espert indipendenti li għandhom joħorġu rapport ta' verifika dwar ir-riżultat tagħha. L-espert indipendenti għandu jkun indipendenti mill-awtorità kompetenti u mill-organizzazzjonijiet b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jew mill-produtturi awtorizzati għal eżekuzzjoni individwali.

Artikolu 47 3

3.   Il-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-miżuri li jiżguraw li:

(a)

huma rrispettati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8a(3), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva 2008/98/KE;

(b)

il-miżuri fis-seħħ jew imħallsa mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi huma biżżejjed biex jippermettu r-ritorn u l-immaniġġar tal-iskart kollu mill-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 48(1) u (5) u l-Artikolu 50, mingħajr ħlas għall-konsumaturi, bi frekwenza proporzjonata għaż-żona u għall-volum tal-iskart mill-imballaġġ fir-rigward tal-kwantità u tat-tipi ta' imballaġġ, inkluż imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju ta' Stat Membru minn dak il-produttur jew produtturi li f'isimhom taġixxi l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jew imballaġġ spakkjat minn tali produttur jew produtturi mingħajr ma jkunu l-untenti finali;

(c)

ikunu stabbiliti l-arranġamenti meħtieġa, inkluż l-arranġamenti preliminari, għal dak il-għan mad-distributuri, mal-awtoritajiet pubbliċi jew mal-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f'isimhom;

(d)

il-kapaċità meħtieġa tas-separazzjoni u tar-riċiklaġġ hija disponibbli biex jiġi żgurat li l-iskart mill-imballaġġ miġbur sussegwentement ikun soġġett għat-trattament preliminari u għar-riċiklaġġ ta' kwalità għolja;

(e)

hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 47 4

4.   Il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, ta’ kwalunkwe biddla li tikkonċerna t-termini tal-awtorizzazzjoni, jew dwar il-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet. Abbażi ta’ xi wħud minn dawn il-bidliet notifikati jew kollha kemm huma, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li temenda l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 47 5

5.   L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tirrevoka l-awtorizzazzjoni, b'mod partikolari jekk il-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti dwar l-organizzazzjoni tat-trattament tal-iskart mill-imballaġġ jew tonqos milli tissodisfa obbligi oħra tar-responsabbiltà estiża tal-produttur skont l-iskemi stabbiliti f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE jew skont din it-Taqsima, bħall-obbligi li tirrapporta lill-awtorità kompetenti, jew obbligi li tinnotifika kwalunkwe bidla għat-termini tal-awtorizzazzjoni jew jekk il-produttur ikun waqaf l-operazzjonijiet b’mod permanenti.

Artikolu 47 6

6.   Il-produttur, fil-każ tat-twettiq individwali tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi inkarigata bit-twettiq ta’ dawk l-obbligi fil-każ tat-twettiq kollettiv tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, għandhom jipprovdu garanzija adegwata maħsuba biex tkopri l-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet tal-immaniġġar tal-iskart dovuti mill-produttur jew l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż fil-waqfien permanenti tal-operazzjonijiet, jew tal-insolvenza tagħha. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw ir-rekwiżiti addizzjonali għall-garanzija. Il-garanzija tista' ssir fil-forma ta' fond pubbliku ffinanzjat mit-tariffi tal-produtturi u li għaliha Stat Membru jkun responsabbli b'mod konġunt jew in solidum.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.