3. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ irriċiklat f'sena kalendarja partikolari. Il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li sar skart li, wara li jkun għadda mill-kontrolli, mill-operazzjonijiet ta' separazzjoni u mill-operazzjonijiet preliminari l-oħra kollha meħtieġa biex jitneħħew il-materjali tal-iskart li ma humiex fil-mira tal-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti u biex jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart jiġu fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.