+Artikolu 53 Regoli dwar il-kalkolu tal-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ
---+Artikolu 53 1
---+Artikolu 53 2
---+Artikolu 53 3
---+Artikolu 53 4
---+Artikolu 53 5
---+Artikolu 53 6
---+Artikolu 53 7
---+Artikolu 53 8
---+Artikolu 53 9
---+Artikolu 53 10
---+Artikolu 53 11

Artikolu 53 Regoli dwar il-kalkolu tal-kisba tal-miri tar-riċiklaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 53 1

1.   Il-kalkolu biex jiġi determinat jekk il-miri stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ikunux inkisbu għandu jsir f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 53 2

2.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat f'sena kalendarja partikolari. Il-kalkolu tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat fi Stat Membru għandu jkun eżawrjenti.

Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-iskart mill-imballaġġ iġġenerat għandha tkun ibbażata fuq l-approċċi li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ imqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju ta' Stat Membru, jew spakkjat minn produttur mingħajr ma jkun utent finali, f'dik is-sena speċifika; jew

(b)

il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ iġġenerat fl-istess sena f'dak l-Istat Membru.

Il-kalkoli mwettqin skont dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati biex jiġu żgurati l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza tar-riżultati f'konformità mar-rekwiżiti u l-verifiki li għandhom jiġu stabbiliti mill-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 56(7), il-punt (a).

Artikolu 53 3

3.   L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart mill-imballaġġ irriċiklat f'sena kalendarja partikolari. Il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jiġi kkalkulat bħala l-piż tal-iskart mill-imballaġġ li sar skart li, wara li jkun għadda mill-kontrolli, mill-operazzjonijiet ta' separazzjoni u mill-operazzjonijiet preliminari l-oħra kollha meħtieġa biex jitneħħew il-materjali tal-iskart li ma humiex fil-mira tal-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti u biex jiġi żgurat riċiklaġġ ta' kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart jiġu fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.

Artikolu 53 4

4.   L-imballaġġ kompost u l-imballaġġ ieħor magħmul minn aktar minn materjal wieħed għandhom jiġu kkalkulati u rrapportati għal kull materjal li jinsab fl-imballaġġ. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan ir-rekwiżit meta materjal speċifiku jikkostitwixxi parti insinifikanti tal-unità tal-imballaġġ, u fl-ebda każ ma jkun jikkostitwixxi aktar minn 5 % tal-massa totali tal-unità tal-imballaġġ.

Artikolu 53 5

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni tar-riċiklaġġ.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-piż tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat jista' jitkejjel fl-output ta' kwalunkwe operazzjoni ta' separazzjoni, dment li:

(a)

l-output ta' skart bħal dan huwa sussegwentement riċiklat;

(b)

il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi, li jitneħħew minn operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni tar-riċiklaġġ u ma humiex sussegwentement riċiklati, ma huwiex inkluż fil-piż tal-iskart rrapportat bħala riċiklat.

Artikolu 53 6

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' kontroll tal-kwalità u ta' traċċabbiltà tal-iskart mill-imballaġġ biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Dik is-sistema tista' tikkonsisti f'reġistri elettroniċi stabbiliti skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva 2008/98/KE jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tal-kwalità tal-iskart separat. Din tista' tikkonsisti wkoll f'rati medji ta' telf għall-iskart separat għal diversi tipi ta' skart u prattiki ta' mmaniġġar tal-iskart, rispettivament, dment li d-data affidabbli ma tkunx tista' tinkiseb b'mod ieħor. Ir-rati medji tat-telf għandhom jiġu kkalkulati abbażi tar-regoli tal-kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 11a (10) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Artikolu 53 7

7.   Il-kwantità ta' skart mill-imballaġġ bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku u anaerobiku tista' tingħadd bħala skart riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew output ieħor bi kwantità simili tal-kontenut riċiklat meta mqabbel mal-input, li għandu jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Meta l-output jintuża fuq l-art, l-Istati Membri jistgħu jgħodduh bħala skart riċiklat dment li dan l-użu jirriżulta f'benefiċċji għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġiku.

Artikolu 53 8

8.   Il-kwantità tal-materjali tal-iskart mill-imballaġġ li waqaf milli jkun skart b'riżultat ta' operazzjoni ta' tħejjija qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid, tista' tingħadd bħala skart riċiklat dment li tali materjali jkunu maħsuba għall-ipproċessar sussegwenti mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi li huma destinati għall-użu oriġinali jew għal finijiet oħra. Madankollu, il-materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu mill-ġdid jew jintremew f'landfills, ma għandhomx jingħaddu bħala skart riċiklat.

Artikolu 53 9

9.   L-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart fi proporzjon mas-sehem tal-iskart mill-imballaġġ inċinerat dment li l-metalli riċiklati jissodisfaw il-kriterji ta' kwalità stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2019/1004.

Artikolu 53 10

10.   Meta skart mill-imballaġġ jintbagħat fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tar-riċiklaġġ f'dak l-Istat Membru l-ieħor, huwa biss l-Istat Membru li fih inġabar dak l-iskart mill-imballaġġ li jista’ jgħoddu bħala riċiklat.

Artikolu 53 11

11.   L-iskart mill-imballaġġ esportat mill-Unjoni għandu jingħadd bħala skart riċiklat mill-Istat Membru li fih inġabar, biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 u jekk, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jew ir-Regolament (UE) 2024/1157, kif applikabbli, l-esportatur jipprovdi prova dokumentarja li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dak ir-Regolament, inkluż li t-trattament tal-iskart mill-imballaġġ f'pajjiż terz sar f'kundizzjonijiet li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.