+Artikolu 62 Nuqqas ta' konformità formali
---+Artikolu 62 1
---+Artikolu 62 2
---+Artikolu 62 3
|
Artikolu 62 Nuqqas ta' konformità formali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 62 1
|
1. Meta Stat Membru jsir jaf bi kwalunkwe waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin, għandu jirrikjedi li l-operatur ekonomiku rilevanti ma jkomplix bin-nuqqas ta' konformità kkonċernat:
|
(a)
|
id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma saritx;
|
|
(b)
|
id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE ma saritx tajjeb;
|
|
(c)
|
il-kodiċi QR jew il-mezz ta' data msemmi fl-Artikolu 12 ma jipprovdux aċċess għall-informazzjoni meħtieġa f'konformità ma' dak l-Artikolu;
|
|
(d)
|
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VII mhix disponibbli, mhix kompleta jew fiha l-iżbalji;
|
|
(e)
|
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(6) jew fl-Artikolu 18(3) nieqsa, falza jew mhux kompleta;
|
|
(f)
|
kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor stabbilit fl-Artikolu 15 jew fl-Artikolu 18 mhux issodisfat;
|
|
(g)
|
ir-rekwiżiti dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-imballaġġ eċċessiv jew fuq l-użi ta' ċerti formati tal-imballaġġ stabbiliti fl-Artikoli 24 u 25 mhumiex irrispettati;
|
|
(h)
|
fir-rigward tal-imballaġġ riutilizzabbli, ir-rekwiżiti dwar l-istabbiliment, it-tħaddim jew il-parteċipazzjoni f'sistema għall-użu mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 27 mhumiex issodisfati;
|
|
(i)
|
fir-rigward tal-mili mill-ġdid, ir-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 28(1) u (2) mhumiex issodisfati;
|
|
(j)
|
ir-rekwiżiti dwar l-istazzjonijiet ta' mili mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 28(3) mhumiex issodisfati;
|
|
(k)
|
il-miri tal-użu mill-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 29 ma nkisbux;
|
|
(l)
|
l-obbligi tal-milli mill-ġdid fl-Artikolu 32 u l-obbligu ta' offerta għall-użu mill-ġdid fl-Artikolu 33 mhumiex imwettqa;
|
|
(m)
|
ir-rekwiżiti dwar l-imballaġġ riċiklabbli stabbiliti fl-Artikolu 6 mhumiex issodisfati;
|
|
(n)
|
ir-rekwiżiti dwar il-kontenut minimu riċiklat fl-imballaġġ tal-plastik stabbiliti fl-Artikolu 7 mhumiex issodisfati.
|
|
|
Artikolu 62 2
|
2. Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (f) jippersisti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jipprojbixxi t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tal-imballaġġ jew biex jiżgura li l-imballaġġ jissejjaħ lura jew jiġi rtirat mis-suq.
|
|
Artikolu 62 3
|
3. Meta n-nuqqas ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1, il-punti (g) sa (n) ta' dan l-Artikolu jippersisti, l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament li huma stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 68.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|