2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7) u (8), fl-Artikolu 6(4), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 7(13), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 29(10), fl-Artikolu 29(12), is-sitt subparagrafu, fl-Artikolu 29(13), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 29(18) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 10 snin mill-11 ta’ Frar 2025. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn 9 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' għaxar snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.