3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(7) u (8), fl-Artikolu 6(4), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, fl-Artikolu 6(6), fl-Artikolu 7(9), fl-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 7(13), fl-Artikolu 11(2), fl-Artikolu 29(10), fl-Artikolu 29(12), is-sitt subparagrafu, fl-Artikolu 29(13), it-tieni subparagrafu, u fl-Artikolu 29(18) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.