6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(7) jew (8), l-Artikolu 6(4), l-ewwel jew it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7(9), l-Artikolu 7(12), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 7(13), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 29(10), l-Artikolu 29(12), is-sitt subparagrafu, l-Artikolu 29(13), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 29(18) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.