3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal atti legali oħra tal-Unjoni rigward l-aċċess għal, u l-kondiviżjoni ta’ jew l-użu sekondarju ta’ data elettronika dwar is-saħħa, jew rekwiżiti tak-Unjoni relatati mal-ipproċessar ta’ data fir-rigward ta’ data elettronika dwar is-saħħa, b’mod partikolari r-Regolamenti (KE) Nru 223/2009 (24), (UE) Nru 563/2014 (25), (UE) 2016/679, (UE) 2018/1725, (UE) 2022/868 u (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi 2002/58/KE (26) u (UE) 2016/943 (27) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.