2. Jekk Stat Membru jipprevedi dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jistabbilixxi r-regoli u s-salvagwardji speċifiċi dwar il-mekkaniżmu ta’ nonparteċipazzjoni. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li fornitur tal-kura tas-saħħa jew professjonist tas-saħħa ikunu jistgħu jiksbu aċċess għad-data elettronika personali dwar is-saħħa f’każijiet meta l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna fiżika oħra kif imsemmi fl-Artikolu 9(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2016/679, anki jekk il-pazjent ikun eżerċita d-dritt ta’ nonparteċipazzjoni f użu primarju.