2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti għall-mekkaniżmu interoperabbli u transkonfinali ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni għall-persuni fiżiċi u għall-professjonisti tas-saħħa, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014. Dak il-mekkaniżmu għandu jiffaċilita t-trasferibbiltà tad-data elettronika personali dwar is-saħħa f’kuntest transkonfinali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).