3. L-awtorità tas-saħħa diġitali kompetenti li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tinforma, f’konformità mal-liġi nazzjonali, lill-ilmentatur dwar il-progress li jkun sar fl-indirizzar tal-ilment, dwar id-deċiżjoni meħuda dwar l-ilment dwar kwalunkwe riferiment tal-ilment lill-awtorità superviżorja kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u f’każijiet ta tali riferiment, li dik l-awtorità superviżorja għandha, minn dak il-mument ’il quddiem, tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-ilmentatur f’dik il-kwistjoni.