+Artikolu 21 Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità tas-saħħa diġitali
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5

Artikolu 21 Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità tas-saħħa diġitali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom id-dritt li jippreżentaw ilment relatat mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, individwalment jew, meta rilevanti, kollettivament, mal-awtorità tas-saħħa diġitali kompetenti, sakemm id-drittijiet jew l-interessi tagħhom jiġu affettwati b’mod negattiv.

Artikolu 21 2

2.   Meta l-ilment jikkonċerna d-drittijiet ta’ persuni fiżiċi skont l-Artikoli 3 u 5 sa 10 ta’ dan ir-Regolamentl-Artikoli 8a sa 8f u l-Artikolu 8h ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tas-saħħa diġitali għandha tittrażmetti l-ilment lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679. L-awtorità tas-saħħa diġitali għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħha lill-awtorità superviżorja kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 sabiex tiffaċilita l-valutazzjoni u l-investigazzjoni tal-ilment.

Artikolu 21 3

3.   L-awtorità tas-saħħa diġitali kompetenti li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tinforma, f’konformità mal-liġi nazzjonali, lill-ilmentatur dwar il-progress li jkun sar fl-indirizzar tal-ilment, dwar id-deċiżjoni meħuda dwar l-ilment dwar kwalunkwe riferiment tal-ilment lill-awtorità superviżorja kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u f’każijiet ta tali riferiment, li dik l-awtorità superviżorja għandha, minn dak il-mument ’il quddiem, tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-ilmentatur f’dik il-kwistjoni.

Artikolu 21 4

4.   L-awtoritajiet tas-saħħa diġitali fl-IStati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jittrattaw u jsolvu l-ilmenti relatati mal-iskambju transkonfinali u l-aċċess għad-data elettronika personali dwar is-saħħa, inkluż billi jaqsmu l-informazzjoni rilevanti kollha b’mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 21 5

5.   L-awtoritajiet tas-saħħa diġitali għandhom jiffaċilitaw t-tressiq tal-ilmenti u jipprovdu għodod faċilment aċċessibbli għat-tressiq tal-ilmenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.