8. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti ta’ ċibersigurtà, l-interoperabbiltà teknika, l-interoperabbiltà semantika, l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tas-servizzi b’rabta mal-ipproċessar mill-proċessur imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u r-responsabbiltajiet tiegħu lejn il-kontrolluri, f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).