+Artikolu 23 Saħħti@UE (MyHealth@EU)
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5
---+Artikolu 23 6
---+Artikolu 23 7
---+Artikolu 23 8
---+Artikolu 23 9

Artikolu 23 Saħħti@UE (MyHealth@EU)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma ċentrali tal-interoperabbiltà għas-saħħa diġitali (“Saħħti@UE (MyHealth@EU)”), biex tipprovdi servizzi li jappoġġaw u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa bejn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali tal-Istati Membri.

Artikolu 23 2

2.   Kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed għas-saħħa diġitali, bħala gateway organizzazzjonali u teknika għall-forniment ta’ servizzi marbuta mal-iskambju transkonfinali ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa fil-kuntest tal-użu primarju. Kull punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali għandu jkun konness mal-punti ta’ kuntatt nazzjonali l-oħra kollha għas-saħħa diġitali fl-Istati Membri l-oħrra u mal-pjattaforma ċentrali tal-interoperabbiltà għas-saħħa diġitali fl-infrastruttura transkonfinali Saħħti@UE (MyHealth@EU). Meta punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitalijkun entità li tikkonsisti minn diversi organizzazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ servizzi differenti, l-Istat Membru kkonċernatgħandu jikkomunika lill-Kummissjoni deskrizzjoni tad-distribuzzjoni tal-kompiti bejn l-organizzazzjonijiet. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-identità tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali tiegħu sas-26 ta’ Marzu 2027. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali jista’ jiġi ddeżinjat fi ħdan l-awtorità tas-saħħa diġitali msemmija fl-Artikolu 19. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe modifika sussegwenti tal-identità ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 23 3

3.   Kull punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali għandu jippermetti l-iskambju tad-data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14(1) mal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali fi Stati Membri oħra permezz ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU). Dak l-iskambju għandu jkun ibbażat fuq il-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa.

Fejn l-Istati Membri jipprevedu kategoriji addizzjonali ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa skont l-Artikolu 14(1), it-tielet paragrafu„ il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali għandu jippermetti l-iskambju ta-kategoriji addizzjonali ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, sa fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreveda li dawk il-kategoriji addizzjonali ta’ data ta’ saħħa elettronika personali jiġu aċċessati u skambjati, f’konformità mal-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu.

Artikolu 23 4

4.   Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tekniku ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU), regoli dettaljati dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data elettronika personali dwar is-saħħa u l-kundizzjonijiet għall-verifiki tal-konformità meħtieġa biex wieħed jingħaqad u jibqa’ konness ma’ Saħħti@UE (MyHealth@EU). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

Artikolu 23 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konnessjoni tal-fornituri tal-kura tas-saħħa kollha mal-punti ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom għas-saħħa diġitali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-kura tas-saħħa konnessi jkunu jistgħu jwettqu skambji bidirezzjonali ta’ data elettronika dwar is-saħħa mal-punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali.

Artikolu 23 6

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispiżeriji li joperaw fit-territorji tagħhom, inklużi l-ispiżeriji online, ikunu jistgħu jiddispensaw riċetti elettroniċi maħruġa fi Stati Membri oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/24/UE.

L-ispiżeriji għandhom jaċċessaw u jaċċettaw riċetti elettroniċi trażmessi lilhom minn Stati Membri oħra permezz ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU), dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/24/UE jkunu ssodisfati.

Wara l-iddispensar ta’ prodotti mediċinali abbażi ta’ riċetta elettronika minn Stat Membru ieħor, l-ispiżerija kkonċernata għandha tirraporta permezz Saħħti@UE (MyHealth@EU) tali ddispensar lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali tal-Istat Membru li fih dik il-preskrizzjoni tkun inħarġet.

Artikolu 23 7

7.   Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali għandhom jaġixxu bħala kontrolluri konġunti tad-data elettronika personali dwar is-saħħa kkomunikata permezz ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU) għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jkunu involuti fihom. Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala proċessur.

Artikolu 23 8

8.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli dwar ir-rekwiżiti ta’ ċibersigurtà, l-interoperabbiltà teknika, l-interoperabbiltà semantika, l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tas-servizzi b’rabta mal-ipproċessar mill-proċessur imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u r-responsabbiltajiet tiegħu lejn il-kontrolluri, f’konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Artikolu 23 9

9.   Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jingħaqdu u jibqgħu konnessi ma’ Saħħti@UE (MyHealth@EU) kif stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Il-konformità tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali ma’ dawk il-kundizzjonijiet għandha tkun ivverifikata mill-Kummissjoni permezz ta’ verifiki ta’ konformità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.