2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju ta’ data personalielettronika dwar is-saħħa ma’ infrastrutturi oħrajn, bħas-Sistema ta’ Ġestjoni Klinika tal-Pazjenti jew servizzi jew infrastrutturi oħrajn fl-oqsma tas-saħħa, tal-kura jew tas-sigurtà soċjali li jistgħu jsiru parteċipanti awtorizzati f’Saħħti@UE (MyHealth@EU).Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-aspetti tekniċi ta’ tali skambji permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
Il-konnessjoni u l-iskonnessjoni ta’ infrastruttura oħra mal-pjattaforma ċentrali għas-saħħa diġitali jew minnha, għandha tkun suġġetta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ibbażata fuq ir-riżultat ta’ verifiki tal-konformità tal-aspetti tekniċi ta’ skambji kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġu adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).