+Artikolu 24 Servizzi u infrastrutturi tas-saħħa diġitali transkonfinali supplimentari
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3

Artikolu 24 Servizzi u infrastrutturi tas-saħħa diġitali transkonfinali supplimentari

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu servizzi supplimentari permezz ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU) li jiffaċilitaw it-telemediċina, is-saħħa mobbli, l-aċċess minn persuni fiżiċi għat-traduzzjonijiet eżistenti tad-data tas-saħħa tagħhom, l-iskambju jew il-verifika ta’ ċertifikati relatati mas-saħħa, inkluż servizzi ta’ kard tat-tilqim li jappoġġaw is-saħħa pubblika u l-monitoraġġ tas-saħħa pubblika jew sistemi, servizzi u applikazzjonijiet interoperabbli tas-saħħa diġitali, bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ fiduċja u sigurtà, tissaħħaħ il-kontinwità tal-kura u jiġi żgurat l-aċċess għal kura tas-saħħa sikura u ta’ kwalità għolja. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-aspetti tekniċi ta’ tali servizzi supplimentari permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Artikolu 24 2

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju ta’ data personalielettronika dwar is-saħħa ma’ infrastrutturi oħrajn, bħas-Sistema ta’ Ġestjoni Klinika tal-Pazjenti jew servizzi jew infrastrutturi oħrajn fl-oqsma tas-saħħa, tal-kura jew tas-sigurtà soċjali li jistgħu jsiru parteċipanti awtorizzati f’Saħħti@UE (MyHealth@EU).Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-aspetti tekniċi ta’ tali skambji permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Il-konnessjoni u l-iskonnessjoni ta’ infrastruttura oħra mal-pjattaforma ċentrali għas-saħħa diġitali jew minnha, għandha tkun suġġetta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ibbażata fuq ir-riżultat ta’ verifiki tal-konformità tal-aspetti tekniċi ta’ skambji kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġu adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Artikolu 24 3

3.   Punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali ta’ pajjiż terz jew sistema stabbilita fil-livell internazzjonali minn organizzazjoni internazzjonali jista’ jsir parteċipant awtorizzat ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU), dment li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU) għall-finijiet tal-iskambju ta’ data personali elettronika dwar is-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 23, li t-trasferiment li jirriżulta mill-konnessjoni ma’ MyHealth@EU jikkonforma mar-regoli fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, u li r-rekwiżiti dwar il-miżuri legali, organizzattivi, operazzjonali, semantiċi, tekniċi u taċ-ċibersigurtà huma ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-Istati Membri fit-tħaddim tas-servizzi Saħħti@UE (MyHealth@EU). Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu vverifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ kontrolli tal-konformità.

Abbażi tal-eżitu tal-kontroll tal-konformità msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tikkonnettja jew tiskonnettja l-punt ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali tal-pajjiż terz jew is-sistema stabbilita f’livell internazzjonali minn organizzazjoni internazzjonali, kif applikabbli, ma’ jew minnSaħħti@UE (MyHealth@EU). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm lista ta’ kuntatti nazzjonali għas-saħħa diġitali ta’ pajjiżi terzi jew ta’ sistemi stabbiliti f’livell internazzjonali minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jkunu konnessi ma’ Saħħti@UE (MyHealth@EU) aġġornata skont dan il-paragrafu u għandha tagħmel dik il-lista disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.