1. Meta, skont l-Artikolu 44(2) u l-Artikolu 45(3), jitqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura nazzjonali meħuda minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jew meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali tmur kontra l-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjonijiet ma’ dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali kkonċernata. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni fil-forma ta’ deċiżjoni li jiddetermina jekk il-miżura nazzjonali hix ġustifikata. Dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandha tiġi adottata f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2). Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha immedjatament lilhom u lill-operaturi ekonomikċi rilevanti.