2. L-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), għandhu jiġi riżervat għall-korpi tas-settur pubbliku u lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni li jeżerċitaw il-kompiti mogħtija lilhom mid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, inkluż fejn l-ipproċessar tad-data għat-twettiq ta’ dawk il-kompiti jsir minn parti terza f’isem dawk il-korpi tas-settur pubbliku jew f’isem l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-Unjoni.