3. Meta korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jkun infurmat minn utent tad-data dwar is-saħħa b’sejba sinifikanti relatata mas-saħħa ta’ persuna fiżika, kif imsemmi fl-Artikolu 61(5), il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jinforma lill-utent tad-data dwar is-saħħa dwar is-sejba. Id-detentur tad-data dwar is-saħħa għandu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, jinforma lill-persuni fiżiċi jew lill-professjonist tas-saħħa li jkun qed jikkura lill-persuna fiżika kkonċernati. Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu li ma jiġux infurmati b’tali sejbiet.