+Artikolu 58 Obbligi tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa lejn persuni fiżiċi
---+Artikolu 58 1
---+Artikolu 58 2
---+Artikolu 58 3
---+Artikolu 58 4
|
Artikolu 58 Obbligi tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa lejn persuni fiżiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1
|
1. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom id-data elettronika dwar is-saħħa ssir disponibbli għal użu sekondarju disponibbli għall-pubbliku, faċilment jinstabu permezz ta’ mezzi elettroniċi u aċċessibbli għal persuni fiżiċi. Dik l-informazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
|
(a)
|
il-bażi ġuridika li taħtha jingħata l-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa lill-utent tad-data dwar is-saħħa;
|
|
(b)
|
il-miżuri tekniċi u organizzattivi meħuda għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni fiżiċi;
|
|
(c)
|
id-drittijiet applikabbli tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-użu sekondarju tad-data;
|
|
(d)
|
l-arranġamenti għall-persuni fiżiċi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2016/679;
|
|
(e)
|
l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa;
|
|
(f)
|
min ikun ingħata aċċess għas-settijiet tad-data elettronika dwar is-saħħa u għal liema settijiet tad-data ngħataw l-aċċess u d-dettalji tal-permess tad-data rigward l-għanijiet għall-ipproċessar ta’ tali data tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 53(1);
|
|
(g)
|
ir-riżultati jew l-eżiti tal-proġetti li għalihom tkun intużat id-data elettronika dwar is-saħħa.
|
|
|
Artikolu 58 2
|
2. Jekk Stat Membru jkun ippreveda li d-dritt ta’ nonparteċipazzjoni skont l-Artikolu 71 jiġi eżerċitat permezz tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, il-korpi rilevanti tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jipprovdu informazzjoni pubblika dwar il-proċedura ta’ nonparteċipazzjoni u jiffaċilitaw l-eżerċizzju ta’ dak id-dritt.
|
|
Artikolu 58 3
|
3. Meta korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jkun infurmat minn utent tad-data dwar is-saħħa b’sejba sinifikanti relatata mas-saħħa ta’ persuna fiżika, kif imsemmi fl-Artikolu 61(5), il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jinforma lill-utent tad-data dwar is-saħħa dwar is-sejba. Id-detentur tad-data dwar is-saħħa għandu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, jinforma lill-persuni fiżiċi jew lill-professjonist tas-saħħa li jkun qed jikkura lill-persuna fiżika kkonċernati. Il-persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu li ma jiġux infurmati b’tali sejbiet.
|
|
Artikolu 58 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku inġenerali dwar ir-rwol u l-benefiċċji tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|