3. Meta l-utent tad-data dwar is-saħħa jkun wera b’mod suffiċjenti li l-għan tal-ipproċessar ma jkunx jista’ jinkiseb b’data anonimizzata, f’konformità mal-Artikolu 68(1), il-punt (c), korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jipprovdu aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa f’format psewdonimizzat. L-informazzjoni meħtieġa biex titreġġa’ lura l-psewdonimizzazzjoni għandha tkun disponibbli biss għall-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew għal entità li taġixxi bħala parti terza affidabbli f’konformità mal-liġi nazzjonali.