+Artikolu 66 Minimizzazzjoni tad-data u limitazzjoni tal-għan
---+Artikolu 66 1
---+Artikolu 66 2
---+Artikolu 66 3
|
Artikolu 66 Minimizzazzjoni tad-data u limitazzjoni tal-għan
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1
|
1. Fejn il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jirċievu applikazzjoni għall-aċċess għad-data, huma għandhom jiżguraw li l-aċċess jiġi pprovdut biss għad-data elettronika dwar is-saħħa li hija adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa neċessarju fir-rigward tal-għan tal-ipproċessar indikat fl-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa mill-utent tad-data dwar is-saħħa u f’konformità mal-permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68.
|
|
Artikolu 66 2
|
2. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jipprovdu data elettronika dwar is-saħħa f’format anonimizzat, meta l-għan tal-ipproċessar mill-utent tad-data dwar is-saħħa jista’ jinkiseb b’tali data, waqt li titqies l-informazzjoni pprovduta mill-utent tad-data dwar is-saħħa.
|
|
Artikolu 66 3
|
3. Meta l-utent tad-data dwar is-saħħa jkun wera b’mod suffiċjenti li l-għan tal-ipproċessar ma jkunx jista’ jinkiseb b’data anonimizzata, f’konformità mal-Artikolu 68(1), il-punt (c), korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jipprovdu aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa f’format psewdonimizzat. L-informazzjoni meħtieġa biex titreġġa’ lura l-psewdonimizzazzjoni għandha tkun disponibbli biss għall-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew għal entità li taġixxi bħala parti terza affidabbli f’konformità mal-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|