6. Kwalunkwe pproċessar imwettaq f’konformità mal-mekkaniżmu li jimplimenta l-eċċezzjonijiet previsti skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, b’mod partikolari l-projbizzjoni fuq l-identifikazzjoni mill-ġdid jew tentattiv ta’ identifikazzjoni mill-ġdid ta’persuni fiżiċi skont l-Artikolu 61(13). Kwalunkwe miżura leġislattiva li tipprevedi mekkaniżmu fil-liġi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sikurezza u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni fiżiċi.