+Artikolu 71 Dritt tan-nonparteċipazzjoni fl-ipproċessar tad-data elettronika personali dwar is-saħħa għal użu sekondarju
---+Artikolu 71 1
---+Artikolu 71 2
---+Artikolu 71 3
---+Artikolu 71 4
---+Artikolu 71 5
---+Artikolu 71 6
---+Artikolu 71 7
---+Artikolu 71 8
|
Artikolu 71 Dritt tan-nonparteċipazzjoni fl-ipproċessar tad-data elettronika personali dwar is-saħħa għal użu sekondarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1
|
1. Fi kwalunkwe ħin u mingħajr ma jipprovdu kwalunkwe raġuni, il-persuni fiżiċi għandu jkollhom id-dritt ta’ nonparteċipazzjoni fl-ipproċessar ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa relatata magħhom għal użu sekondarju skont dan ir-Regolament. L-eżerċizzju ta’ dak id-dritt għandu jkun riversibbli.
|
|
Artikolu 71 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu mekkaniżmu ta’ nonparteċipazzjoni aċċessibbli u li jinftiehem faċilment biex jiġi eżerċitat id-dritt stabbilit fil-paragrafu 1, li permezz tiegħu persuni fiżiċi jistgħu jesprimu b’mod espliċitu li ma jixtiqux li d-data elettronika personali dwar is-saħħa tagħhom tiġi proċessata għal użu sekondarju.
|
|
Artikolu 71 3
|
3. Ladarba persuni fiżiċi jkunueżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ nonparteċipazzjoni„ u meta d-data elettronika personali dwar is-saħħa relatata magħhom tkun tista’ tiġi identifikata f’sett tad-data, id-data elettronika personali dwar is-saħħa relatata ma’ dawk il-persuni fiżiċi ma għandhiex issir disponibbli jew tiġi pproċessata b’xi mod ieħor f’konformità mal-permessi tad-data maħruġa skont l-Artikolu 68 jew it-talbiet għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 69 approvati wara li l-persuna fiżika tkun eżerċitat id-dritt ta’ nonparteċipazzjoni..
L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa l-ipproċessar għall-użu sekondarju ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa relatata ma’ dawk il-persuni fiżiċi skont il-permessi tad-data jew it-talbiet għad-data dwar is-saħħa li jkunu nħarġu jew ġew approvati qabel ma l-persuni fiżiċi eżerċitaw id-dritt tagħhom li ma jipparteċipawx.
|
|
Artikolu 71 4
|
4. B’eċċezzjoni mid-dritt ta’ nonparteċipazzjoni previst fil-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jipprevedi fil-liġi nazzjonali tiegħu mekkaniżmu biex jagħmel id-data li għaliha ikun ġie eżerċitat id-dritt ta’ nonparteċipazzjoni disponibbli, dment li l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
|
(a)
|
l-applikazzjoni għall-aċċess dwar id-data jew it-talba għad-data dwar is-saħħa tiġi sottomessa minn korp tas-settur pubbliku jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni li jkollhom mandat li jwettqu kompiti fil-qasam tas-saħħa pubblika, jew minn entità oħra fdata bit-twettiq ta’ kompiti pubbliċi fil-qasam tas-saħħa pubblika, jew li taġixxi f’isem awtorità pubblika jew li tkun ikkummissjonata minnha, u l-ipproċessar ta’ dik id-data jkun meħtieġ għal kwalunkwe wieħed mill-għanijiet li ġejjin:
|
(i)
|
l-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 53(1), il-punti (a), (b) u (c);
|
|
(ii)
|
riċerka xjentifika għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku;
|
|
|
(b)
|
dik id-data ma tistax tinkiseb b’mezzi alternattivi fil-ħin u b’mod effettiv taħt kundizzjonijiet ekwivalenti;
|
|
(c)
|
l-applikant għal data dwar is-saħħa ikun ipprovda l-ġustifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 68(1), il-punt (g), jew fl-Artikolu 69(2), il-punt (g).
|
Il-liġi nazzjonali li tipprevedi tali mekkaniżmu għandu jipprevedi miżuri speċifiċi u xierqa sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-persuni fiżiċi.
Meta Stat Membru jkun ippreveda fil-liġi nazzjonali tiegħu l-possibbiltà li jitlob aċċess għal data li għaliha ikun ġie eżerċitat id-dritt ta’ nonparteċipazzjoni u dawk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġu ssodisfati, dik id-data tista’ tiġi inkluża meta jitwettqu l-kompiti skont l-Artikolu 57(1), il-punti (a)(i), (a) (iii), u (b).
|
|
Artikolu 71 5
|
5. Ir-regoli dwar kwalunkwe mekanniżmu li jimplimenta l-eċċezzjonbijhiet previst skont il-paragrafu 4 b’eċċezzjoni mill-paragrafu 1, għandhom jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u għandhom ikunu miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex jaqdu għanijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam ta’ objettivi xjentifiċi u soċjetali leġittimi.
|
|
Artikolu 71 6
|
6. Kwalunkwe pproċessar imwettaq f’konformità mal-mekkaniżmu li jimplimenta l-eċċezzjonijiet previsti skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, b’mod partikolari l-projbizzjoni fuq l-identifikazzjoni mill-ġdid jew tentattiv ta’ identifikazzjoni mill-ġdid ta’persuni fiżiċi skont l-Artikolu 61(13). Kwalunkwe miżura leġislattiva li tipprevedi mekkaniżmu fil-liġi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sikurezza u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni fiżiċi.
|
|
Artikolu 71 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tagħhom li jadottaw skont il-paragrafu 4 u, dwarkwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
|
Artikolu 71 8
|
8. Meta l-għanijiet tal-ipproċessar ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa minn detentur tad-data dwar is-saħħa ma jirrikjedux l-identifikazzjoni ta’ suġġett tad-data mill-kontrollur jew ma għadhomx jirrikjeduha, dak id-detentur tad-data dwar is-saħħa ma għandux ikun obbligat li jżomm, jikseb jew jipproċessa informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-data għall-għan uniku li jikkonforma mad-dritt tan-nonparteċipazzjoni skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|