5. Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi, organizzattivi, tas-sigurtà tal-informazzjoni, tal-kunfidenzjalità, tal-protezzjoni tad-data u tal-interoperabbiltà għall-ambjenti tal-ipproċessar siguri, inkluż fir-rigward tal-karatteristiċi u l-għodod tekniċi disponibbli għall-utent tad-data dwar is-saħħa f’ambjenti tal-ipproċessar sigur. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).