+Artikolu 73 Ambjent tal-ipproċessar sigur
---+Artikolu 73 1
---+Artikolu 73 2
---+Artikolu 73 3
---+Artikolu 73 4
---+Artikolu 73 5

Artikolu 73 Ambjent tal-ipproċessar sigur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 73 1

1.   Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jipprovdu aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa skont permess tad-data biss permezz ta’ ambjent tal-ipproċessar sigur, li jkun soġġett għal miżuri tekniċi u organizzattivi u rekwiżiti ta’ sigurtà u interoperabbiltà. B’mod partikolari, l-ambjent tal-ipproċessar sigur għandu jikkonforma mal-miżuri ta’ sigurtà li ġejjin:

(a)

ir-restrizzjoni tal-aċċess għall-ambjent tal-ipproċessar sigur għall-persuni fiżiċi awtorizzati elenkati fil-permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68;

(b)

il-minimizzazzjoni tar-riskju tal-qari, l-ikkopjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta’ data elettronika dwar is-saħħa ospitata fl-ambjent tal-ipproċessar sigur permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku;

(c)

il-limitazzjoni tal-input ta’ data elettronika dwar is-saħħa u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir ta’ data elettronika dwar is-saħħa ospitata fl-ambjent tal-ipproċessar sigur għal għadd limitat ta’ individwi identifikabbli awtorizzati;

(d)

l-iżgurar li l-utenti tad-data dwar is-saħħa jkollhom aċċess biss għad-data elettronika dwar is-saħħa koperta mill-permess tad-data tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta’ aċċess kunfidenzjali biss;

(e)

iż-żamma ta’ reġistri identifikabbli ta’ aċċess u attivitajiet fl-ambjent tal-ipproċessar sigur għall-perjodu meħtieġ biex jivverifikaw u jawditjaw l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar f’dak l-ambjent; ir-reġistri tal-aċċess għandhom jinżammu għal mill-inqas sena;

(f)

l-iżgurar tal-konformità u l-monitoraġġ tal-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu biex itaffu t-theddid potenzjali għas-sigurtà.

Artikolu 73 2

2.   Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jiżguraw li d-data elettronika dwar is-saħħa mid-detenturi tad-data dwar is-saħħa fil-format speċifikat fil-permess tad-data tkun tista’ tittella’ minn dawk id-detenturi tad-data dwar is-saħħa u tkun tista’ tiġi aċċessata mill-utent tad-data dwar is-saħħa f’ambjent tal-ipproċessar sigur.

Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jirrieżaminaw id-data dwar is-saħħa elettronika inkluża f’talba għal tniżżil biex jiżguraw li l-utenti tad-data dwar is-saħħa jkunu jistgħu jniżżlu biss data elettronika mhux personali dwar is-saħħa, inkluża data elettronika dwar is-saħħa f’format ta’ statistika anonimizzata, mill-ambjent tal-ipproċessar sigur.

Artikolu 73 3

3.   Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jiżguraw li awditi ta’ ambjenti tal-ipproċessar siguri jitwettwqu fuq bażi regolari, inkluż minn partijiet terzi, u għandhom jieħdu azzjonijiet korrettivi għal kwalunkwe nuqqas, riskju jew vulnerabbiltà identifikati minn dawk l-awditi fl-ambjenti tal-ipproċessar siguri.

Artikolu 73 4

4.   Meta l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-altruwiżmu fir-rigward tad-data taħt il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2022/868 jipproċessaw data elettronika personali dwar is-saħħa bl-użu ta’ ambjent tal-ipproċessar sigur, dawk l-ambjenti għandhom jikkonformaw ukoll mal-miżuri ta’ sigurtà stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (f), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 73 5

5.   Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi, organizzattivi, tas-sigurtà tal-informazzjoni, tal-kunfidenzjalità, tal-protezzjoni tad-data u tal-interoperabbiltà għall-ambjenti tal-ipproċessar siguri, inkluż fir-rigward tal-karatteristiċi u l-għodod tekniċi disponibbli għall-utent tad-data dwar is-saħħa f’ambjenti tal-ipproċessar sigur. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.