9. Meta tintalab minn mhux inqas minn żewġ punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-użu sekondarju, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi ambjent tal-ipproċessar sigur li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 73 għad-data minn aktar minn Stat Membru wieħed. Meta mhux inqas minn żewġ punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-użu sekondarju jew parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) jqiegħdu data elettronika dwar is-saħħa fl-ambjent tal-ipproċessar sigur ġestit mill-Kummissjoni, dawn għandhom ikunu kontrolluri konġunti u l-Kummissjoni għandha tkun il-proċessur għall-għan tal-ipproċessar tad-data f’dak l-ambjent.