+Artikolu 75 DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU)
---+Artikolu 75 1
---+Artikolu 75 2
---+Artikolu 75 3
---+Artikolu 75 4
---+Artikolu 75 5
---+Artikolu 75 6
---+Artikolu 75 7
---+Artikolu 75 8
---+Artikolu 75 9
---+Artikolu 75 10
---+Artikolu 75 11
---+Artikolu 75 12
---+Artikolu 75 13
|
Artikolu 75 DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75 1
|
1. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed għall-użu sekondarju. Dak il-punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju għandu jkun gateway organizzazzjonali u tekniku, li jippermetti t-tqegħid għad-dispożizzjoni itad-data elettronika dwar is-saħħa għall-użu sekondarju f’kuntest transkonfinali u li jkun responsabbli għal dan. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali jista’ jkun il-korp koordinatur tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa imsemmi fl-Artikolu 55(1). Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju sas-26 ta’ Marzu 2027. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 75 2
|
2. Is-servizz tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa tal-Unjoni għandu jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni għall-użu sekondarju u għandu jkun responsabbli mit-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-data elettronika dwar is-saħħa għall-użu sekondarju.
|
|
Artikolu 75 3
|
3. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u s-servizz tal-Unjoni ta’ aċċess għad-data dwar is-saħħa imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom jikkollegawmal-infrastruttura transkonfinali għal użu sekondarju, jiġifieri “DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU)”. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju u s-servizz tal-Unjoni ta’ aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għad-data elettronika dwar is-saħħa għall-użu sekondarju għal parteċipanti awtorizzati differenti fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU). Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u mal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 75 4
|
4. L-infrastrutturi tar-riċerka relatati mas-saħħa jew infrastrutturi simili li l-funzjonament tagħhom huwa bbażat fuq il-liġi tal-Unjoni u li jipprovdi appoġġ għall-użu ta’ data elettronika dwar is-saħħa għal għanijiet ta’ riċerka, tfassil tal-politika, statistika, sikurezza tal-pazjent jew regolatorji jistgħu jsiru parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u jikkollegaw magħha.
|
|
Artikolu 75 5
|
5. Pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) meta jikkonformaw mar-regoli ta’ dan il-Kapitoluu jipprovdu aċċess lill-utenti tad-data dwar is-saħħa li jkunu jinsabu fl-Unjoni, b’termini u kundizzjonijiet ekwivalenti, għad-data elettronika dwar is-saħħa disponibbli għall-korpi tal-aċċess għad-data tagħhom dwar is-saħħa, soġġett għall-konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina li punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju ta’ pajjiż terz jew sistema stabbilita f’livell internazzjonali minn organizzazzjoni internazzjonali hija konformi mar-rekwiżiti tad-DataTas-Saħħa@EU (HealthData@EU) għall-finijiet ta’ użu sekondarju ta’ data dwar is-saħħa, hija konformi ma’ dan il-Kapitolu u tipprovdi aċċess lill-utenti tad-data dwar is-saħħa li jinsabu fl-Unjoni għad-data elettronika dwar is-saħħa li hija għandha aċċess għaliha b’termini u kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk ta’ DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU). Il-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti legali, organizzazzjonali, tekniċi u ta’ sigurtà, inkluż mar-rekwiżiti għal ambjenti tal-ipproċessar siguri previsti fl-Artikolu 73, għandha tiġi vverifikata taħt il-kontroll tal-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2). Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
|
|
Artikolu 75 6
|
6. Kull punt nazzjonali ta’ kuntatt għall-użu sekondarju u kull parteċipant awtorizzat fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) għandhom jiksbu l-kapaċità teknika meħtieġa biex jikkollegaw mad-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u jipparteċipaw fiha. Għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex joperaw DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u biex ikunu jistgħu jikkollegaw magħha.
|
|
Artikolu 75 7
|
7. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu d-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) biex jappoġġaw u jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għall-użu sekondarju tad-data elettronika dwar is-saħħa, billi jikkollegaw il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju u l-parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u l-pjattaforma ċentrali msemmija fil-paragrafu 8.
|
|
Artikolu 75 8
|
8. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tuża u topera pjattaforma ċentrali għad-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) billi tipprovdi servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni meħtieġa biex tappoġġa u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa bħala parti minn DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU). Il-Kummissjoni għandha tipproċessa biss data elettronika dwar is-saħħa f’isem il-kontrolluri bħala proċessur.
|
|
Artikolu 75 9
|
9. Meta tintalab minn mhux inqas minn żewġ punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-użu sekondarju, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi ambjent tal-ipproċessar sigur li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 73 għad-data minn aktar minn Stat Membru wieħed. Meta mhux inqas minn żewġ punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-użu sekondarju jew parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) jqiegħdu data elettronika dwar is-saħħa fl-ambjent tal-ipproċessar sigur ġestit mill-Kummissjoni, dawn għandhom ikunu kontrolluri konġunti u l-Kummissjoni għandha tkun il-proċessur għall-għan tal-ipproċessar tad-data f’dak l-ambjent.
|
|
Artikolu 75 10
|
10. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju għandhom jaġixxu bħala kontrolluri konġunti tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar mwettqa fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) li jkunu involuti fihom u l-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-proċessur f’isem dawk il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju, mingħajr ma taffettwa l-kompiti ta’ korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa qabel u wara dawk l-operazzjonijiet ta’ proċessar.
|
|
Artikolu 75 11
|
11. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ifittxu li jiżguraw l-interoperabbiltà tad-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) ma’ spazji komuni Ewropej tad-data rilevanti oħra kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2022/868 u r-Regolament (UE) 2023/2854.
|
|
Artikolu 75 12
|
12. Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:
|
(a)
|
ir-rekwiżiti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-arkitettura tal-IT tad-Data tas-Saħħa@EU (HealthData@EU), li għandhom jiżguraw l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku ta’ sigurtà tad-data, kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data elettronika dwar is-saħħa f’HealthData@EU;
|
|
(b)
|
il-kundizzjonijiet u l-verifiki tal-konformità meħtieġa biex ikunu jistgħu jissieħbu u jibqgħu kkollegati ma’ DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u l-kundizzjonijiet għal skollegament temporanja jew definittiva ma’ DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU), inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal każijiet ta’ mġieba ħażina serja jew ta’ ksur ripetut;
|
|
(c)
|
il-kriterji minimi li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mill-punti nazzjonali ta’ kuntatt għall-użu sekondarju u mill-parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU);
|
|
(d)
|
ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri u tal-proċessur li jipparteċipaw f’HealthData@EU;
|
|
(e)
|
ir-responsabbiltajiet tal-kontrolluri u tal-proċessuri għall-ambjent sigur ta’ proċessar ġestit mill-Kummissjoni;
|
|
(f)
|
l-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-arkitettura tad-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u għall-interoperabbiltà tagħha ma’ spazji komuni Ewropej oħra tad-data.
|
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
|
Artikolu 75 13
|
13. Fejn ikun hemm eżitu pożittiv ta’ din il-verifika ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu deċiżjonijiet biex tikkollega parteċipanti fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) individwali awtorizzati mal-infrastruttura. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|