6. Sas-26 ta’ Marzu 2027 il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-karatteristiċi viżwali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data, abbażi tal-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu r-rekwiżiti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2024/1689 u kwalunkwe speċifikazzjoni komuni jew standard armonizzat adottat li jappoġġa dawk ir-rekwiżiti, meta applikabbli.