+Artikolu 78 Tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data
---+Artikolu 78 1
---+Artikolu 78 2
---+Artikolu 78 3
---+Artikolu 78 4
---+Artikolu 78 5
---+Artikolu 78 6
|
Artikolu 78 Tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1
|
1. Is-settijiet tad-data magħmula disponibbli permezz ta’ korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jkollhom tikketta tal-Unjoni tal-kwalità u tal-utilità tad-data applikata mid-detenturi tad-data dwar is-saħħa.
|
|
Artikolu 78 2
|
2. Is-settijiet tad-data, b’data elettronika dwar is-saħħa miġbura u pproċessata bl-appoġġ tal-finanzjament pubbliku tal-Unjoni jew nazzjonali, għandu jkollhom tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data li tkopri l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 78 3
|
3. It-tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data għandha tkopri l-elementi li ġejjin, meta applikabbli:
|
(a)
|
għad-dokumentazzjoni tad-data: il-metadata, id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, id-dizzjunarju tad-data, il-format u l-istandards użati, is-sors tad-data, u fejn applikabbli l-mudell tad-data;
|
|
(b)
|
għall-valutazzjoni tal-kwalità teknika: il-kompletezza, l-uniċità, l-akkuratezza, il-validità, il-puntwalità u l-konsistenza tad-data;
|
|
(c)
|
għall-proċessi ta’ ġestjoni tal-kwalità tad-data: il-livell ta’ maturità tal-proċessi ta’ ġestjoni tal-kwalità tad-data, inklużi l-proċessi ta’ rieżami u ta’ awditjar u l-eżami tal-artifatt;
|
|
(d)
|
għall-valutazzjoni tal-kopertura: il-perjodu, il-kopertura tal-popolazzjoni u, meta applikabbli, il-kampjun rappreżentattiv tal-popolazzjoni u l-perjodu ta’ żmien medju li fih persuna fiżika tidher f’sett tad-data;
|
|
(e)
|
għall-informazzjoni dwar l-aċċess u l-forniment: iż-żmien bejn il-ġbir tad-data elettronika dwar is-saħħa u ż-żieda tagħha mas-sett tad-data u iż-żmien meħttieġ biex tiġi pprovduta data elettronika dwar is-saħħa wara l-ħruġ ta’ permess għal data jew approvazzjoni ta’ ta; ba għal data dwar is-saħħa;
|
|
(f)
|
għall-informazzjoni dwar modifiki tad-data: l-amalgamazzjoni u ż-żieda ta’ data ma’ sett tad-data eżistenti, inklużi rabtiet ma’ settijiet tad-data oħrajn;
|
|
|
Artikolu 78 4
|
4. Meta korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa ikollu raġuni biex jemmen li tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data jista’ jkun li mhijiex preċiża, għandu jivvaluta jekk is-sett tad-data kopert mit-tikketta jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ kwalità li jifformaw parti mill-elementi tat-tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data kif imsemmija fil-paragrafu 3 u, f’każ li s-sett tad-data ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ kwalità, għandu jirrevoka t-tikketta.
|
|
Artikolu 78 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 97 biex temenda dan ir-Regolament billi timmodifika, iżżid jew tneħħi l-elementi li għandhom jiġu koperti mit-tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 78 6
|
6. Sas-26 ta’ Marzu 2027 il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-karatteristiċi viżwali u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tikketta tal-kwalità u tal-utilità tad-data, abbażi tal-elementi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu r-rekwiżiti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2024/1689 u kwalunkwe speċifikazzjoni komuni jew standard armonizzat adottat li jappoġġa dawk ir-rekwiżiti, meta applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|