1. L-awtoritajiet kontraenti, inklużi l-awtoritajiet tas-saħħa diġitali u l-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, għandhom jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet, l-istandards u l-profili tekniċi applikabbli kif imsemmija fl-Artikoli 15, 23, 36, 73, 75 u 78, għall-proċeduri ta’ akkwisti pubbliċi u meta jifformulaw id-dokumenti tal-offerti jew is-sejħiet għall-proposti tagħhom, kif ukoll meta jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-Unjoni fir-rigward ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-kundizzjonijiet abilitanti għall-fondi strutturali u ta’ koeżjoni.