1. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, id-detenturi ta’ fiduċja tad-data dwar is-saħħa u s-servizz tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa tal-Unjoni għandhom jaħżnu u jipproċessaw data elettronika personali dwar is-saħħa fl-Unjoni meta jwettqu psewdonimizzazzjoni, anonimizzazzjoni u kwalunkwe operazzjoni oħra tal-ipproċessar tad-data personali msemmija fl-Artikoli 67 sa 72, permezz ta’ ambjenti tal-ipproċessar siguri skont it-tifsira tal-Artikolu 73 u l-Artikolu 75(9) jew permezz ta’ DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU). Dak ir-rekwiżit għandu japplika għal kwalunkwe entità li twettaq dawk il-kompiti f; isem tali korpi, detenturi jew servizz.