1. Data elettronika mhux personali dwar is-saħħa mqiegħda għad-disponibbiltà minn korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa lil utent tad-data dwar is-saħħa f’pajjiż terz skont permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68ta’ dan ir-Regolament jew talba għad-data dwar is-saħħa approvata skont l-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament, jew lil parteċipanti awtorizzati f’pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, u bbażata fuq id-data elettronika dwar is-saħħa ta’ persuna fiżika, li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament, għandha titqies bħala sensittiva ħafna fis-sens tal-Artikolu 5(13) tar-Regolament (UE) 2022/868, fejn it-trasferiment ta’ tali data elettronika mhux personali lejn pajjiżi terzi jippreżenta riskju ta’ identifikazzoni mill-ġdid permezz ta’ mezzi li jmorru lil hinn minn dawk li x’aktarx jintużaw b’mod raġonevoli, b’mod partikolari fid-dawl tan-numru limitat ta’ persuni fiżiċi li magħhom hija relatata dik id-data, il-fatt li huma mxerrda ġeografikament jew l-iżviluppi teknoloġiċi mistennija fil-futur qarib.