Artikolu 90
Kundizzjonijiet addizzjonali għat-trasferiment ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali
It-trasferiment ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, għandu jingħata f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu kundizzjonijiet ulterjuri dwar l-aċċess internazzjonali għal data elettronika personali dwar is-saħħa, u t-trasferiment tagħha, inklużi limitazzjonijiet, f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 75(5) ta’ dan ir-Regolament fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679.