8. Il-Bord tal-EHDS għandu jikkoopera ma’ korpi, entitajiet u esperti rilevanti oħra, bħall-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data stabbilit bl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2022/868, l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2023/2854, il-bordijiet superviżorji maħtura f’konformità mal-Artikolu 46b tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, il-BEPD stabbilit bl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-korpi taċ-ċibersigurtà, inkluż l-ENISA u l-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, bil-ħsieb li jintlaħqu soluzzjonijiet avvanzati lejn l-użu tad-data traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u li tista’ tintuża mill-ġdid (FAIR) fir-riċerka u fl-innovazzjoni.