+Artikolu 92 Bord tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa
---+Artikolu 92 1
---+Artikolu 92 2
---+Artikolu 92 3
---+Artikolu 92 4
---+Artikolu 92 5
---+Artikolu 92 6
---+Artikolu 92 7
---+Artikolu 92 8
---+Artikolu 92 9
---+Artikolu 92 10
---+Artikolu 92 11

Artikolu 92 Bord tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92 1

1.   B’dan qed jiġi stabbilit Bord tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (il-“Bord tal-EHDS” - European Health Data Space Board) biex jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-Bord tal-EHDS għandu jkun magħmul minn żewġ rappreżentanti għal kull Stat Membru, jiġifieri rappreżentant wieħed għal għanijiet ta’ użu primarju u wieħed għal għanijiet ta’ użu sekondarju, innominati minn kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed. Il-membri tal-Bord tal-EHDS għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu fl-interess pubbliku u b’mod indipendenti.

Artikolu 92 2

2.   Rappreżentant tal-Kummissjoni u wieħed mir-rappreżentanti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippresjedu flimkien il-laqgħat tal-Bord tal-EHDS.

Artikolu 92 3

3.   Awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 43, l-EDPB u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat, fejn rilevanti skont il-Bord tal-EHDS.

Artikolu 92 4

4.   Il-Bord tal-EHDS jista’ jistieden awtoritajiet, esperti u osservaturi nazzjonali kif ukoll istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, u infrastrutturi tar-riċerka u infrastrutturi simili oħra biex jattendu l-laqgħat tiegħu.

Artikolu 92 5

5.   Il-Bord tal-EHDS jista’ jikkoopera ma’ esperti esterni fejn xieraq.

Artikolu 92 6

6.   Skont il-funzjonijiet relatati mal-użu ta’ data elettronika dwar is-saħħa, il-Bord tal-EHDS jista’ jaħdem f’sottogruppi għal ċertu suġġetti, li fihom l-awtoritajiet tas-saħħa diġitali jew il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom ikunu rrappreżentati. Dawk is-sottogruppi għandhom jappoġġaw lill-Bord tal-EHDS b’għarfien espert speċifiku u jista’ jkollhom laqgħat konġunti, kif meħtieġ.

Artikolu 92 7

7.   Il-Bord tal-EHDS għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u kodiċi ta’ kondotta, wara proposta mill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli ta’ proċedura għandhom jipprevedu l-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-kooperazzjoni tas-sottogruppi msemmijafil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u l-kooperazzjoni tal-Bord tal-EDHS mal-forum tal-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 93

Il-Bord tal-EHDS għandu jadotta deċiżjonijiet b’kunsens kemm jista’ jkun. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens il-Bord il-Bord tal-EHDS għandu jadotta deċiżjonijiet b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Membri.

Artikolu 92 8

8.   Il-Bord tal-EHDS għandu jikkoopera ma’ korpi, entitajiet u esperti rilevanti oħra, bħall-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data stabbilit bl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2022/868, l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2023/2854, il-bordijiet superviżorji maħtura f’konformità mal-Artikolu 46b tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, il-BEPD stabbilit bl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-korpi taċ-ċibersigurtà, inkluż l-ENISA u l-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, bil-ħsieb li jintlaħqu soluzzjonijiet avvanzati lejn l-użu tad-data traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u li tista’ tintuża mill-ġdid (FAIR) fir-riċerka u fl-innovazzjoni.

Artikolu 92 9

9.   Il-Bord tal-EHDS għandu jkun megħjun minn segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni.

Artikolu 92 10

10.   Il-Bord tal-EHDS għandu jippubblika d-dati tal-laqgħat u l-minuti tad-deliberazzjonijiet tiegħu, u jippubblika rapport dwar l-attivitajiet tiegħu kull sentejn.

Artikolu 92 11

11.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għall-istabbiliment u l-operat tal-Bord tal-EHDS, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.