2. Il-forum tal-partijiet ikkonċernati għandu jkollu kompożizzjoni bbilanċjata u jkun magħmul minn partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, professjonisti tas-saħħa, industrija, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, riċerkaturi xjentifiċi u akkademja, u għandu jirrappreżenta l-fehmiet tagħhom. Meta l-interessi kummerċjali jkunu rappreżentati fil-forum tal-partijiet ikkonċernati, ir-rappreżentazzjoni ta’ tali interessi għandha tkun ibbażata fuq kombinazzjoni bbilanċjati ta’ kumpaniji kbar, intrapriżi zgħar u ta’ daqs medju u negozji ġodda. Il-kompiti tal-forum tal-partijiet ikkonċernati għandu jinkludi b’mod ugwali l-użu primarju u użu sekondarju.