+Artikolu 93 Forum tal-partijiet ikkonċernati
---+Artikolu 93 1
---+Artikolu 93 2
---+Artikolu 93 3
---+Artikolu 93 4
---+Artikolu 93 5
---+Artikolu 93 6
|
Artikolu 93 Forum tal-partijiet ikkonċernati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 93 1
|
1. B’dan qed jiġi stabbilit forum tal-partijiet ikkonċernati bl-għan li jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 93 2
|
2. Il-forum tal-partijiet ikkonċernati għandu jkollu kompożizzjoni bbilanċjata u jkun magħmul minn partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, professjonisti tas-saħħa, industrija, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, riċerkaturi xjentifiċi u akkademja, u għandu jirrappreżenta l-fehmiet tagħhom. Meta l-interessi kummerċjali jkunu rappreżentati fil-forum tal-partijiet ikkonċernati, ir-rappreżentazzjoni ta’ tali interessi għandha tkun ibbażata fuq kombinazzjoni bbilanċjati ta’ kumpaniji kbar, intrapriżi zgħar u ta’ daqs medju u negozji ġodda. Il-kompiti tal-forum tal-partijiet ikkonċernati għandu jinkludi b’mod ugwali l-użu primarju u użu sekondarju.
|
|
Artikolu 93 3
|
3. Il-membri tal-forum tal-partijiet ikkonċernati għandhom jinħatru mill-Kummissjoni wara sejħa għal interess pubblika u proċedura ta’ għażla trasparenti. Il-membri tal-forum ta’ partijiet ikkonċernati għandhom jagħmlu dikjarazzjoni annwali tal-interessi li għandha tkun magħmula disponibbli pubblikament u aġġornata, meta rilevanti.
|
|
Artikolu 93 4
|
4. Il-forum tal-partijiet ikkonċernati jista’ jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji kif ikun xieraq bl-għan li jiġu eżaminati kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Il-forum tal-partijiet ikkonċernati għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.
|
|
Artikolu 93 5
|
5. Il-forum tal-partijiet ikkonċernati għandu jorganizza laqgħat regolari, li għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 93 6
|
6. Il-forum tal-partijiet ikkonċernati għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|