2. Biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm Euratom 2026-2027 u biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni għall-Programm Euratom 2026-2027 u għal Orizzont Ewropa, l-attivitajiet li jkopru l-objettivi stipulati fil-Programm Euratom 2026-2027 jew li jimplimentaw Orizzont Ewropa, jew it-tnejn li huma, jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, soġġett għall-Artikolu 9. B’mod partikolari, il-Programm Euratom 2026-2027 jista’ jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie biex jappoġġa attivitajiet rilevanti tar-riċerka nukleari.