3. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mingħand programm tal-Unjoni ieħor tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni permezz tal-Programm Euratom 2026-2027, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti jista’ jiġi kkalkulat b’mod pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-appoġġ.