1. L-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom 2026-2027 għandhom jiġu implimentati permezz ta’ programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistipulaw, meta applikabbli, l-ammont ġenerali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(4).