5. L-operatur tas-sistema ta’ ħlas għandu jkollu d-dritt li jitlob reviżjoni mill-Kunsill Governattiv tad-deċiżjoni li tidentifika s-sistema ta’ ħlas ikkonċernata bħala SIPS fi żmien 30 jum minn meta jirċievi dik id-deċiżjoni. It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni kollha ta’ sostenn u għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-Kunsill Governattiv. Il-Kunsill Governattiv għandu jinnotifika deċiżjoni motivata bil-miktub bi tweġiba għal tali talba lill-operatur tas-sistema ta’ ħlas. L-avviż bil-miktub għandu jinforma lil dak l-operatur bid-dritt tiegħu għal stħarriġ ġudizzjarju f’konformità mat-Trattat. Jekk ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv fi żmien xahrejn mit-talba, ir-reviżjoni għandha titqies miċħuda.