+Artikolu 3 Kriterji ta’ identifikazzjoni u deċiżjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
|
Artikolu 3 Kriterji ta’ identifikazzjoni u deċiżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Sistema ta’ ħlas tiġi identfikata bħala SIPS jekk:
|
(a)
|
hija eliġibbli li tiġi notifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE minn Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew l-operatur tagħha huwa stabbilit fiż-żona tal-euro, inkluż stabbiliment permezz ta’ fergħa li minnha titħaddem is-sistema; u
|
|
(b)
|
mill-inqas tnejn minn dawn li ġejjin iseħħu matul sena kalendarja:
|
(i)
|
Il-valur medju ta’ kuljum totalib tal-ħlasijiet ipproċessati ddenominati f’euro jeċċedu 10 biljun EUR;
|
|
(ii)
|
il-ħlasijiet totali ddenominati f’euro pproċessati jirrappreżentaw mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
|
—
|
15 % tal-volum totali tal-ħlasijiet iddenominati f’euro fl-Unjoni,
|
|
—
|
5 % tal-volum totali tal-ħlasijiet transkonfinali ddenominati f’euro fl-Unjoni,
|
|
—
|
sehem mis-suq ta’ 75 % tal-volum totali tal-ħlasijiet iddenominati f’euro fil-livell ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
|
|
|
(iii)
|
l-attività transkonfinali tiegħu (jiġifieri, parteċipanti stabbiliti f’pajjiż li mhuwiex operatur ta’ SIPS u/jew minn rabtiet transkonfinali b’sistemi ta’ ħlas oħra) tinvolvi ħames pajjiżi jew iktar u tiġġenera minimu ta’ 33 % tal-volum totali tal-ħlasijiet iddenominati f’euro pproċessati minn dik is-SIPS;
|
|
(iv)
|
hija użata għas-saldu ta’ IFM oħra.
|
|
Għandu jitwettaq eżerċizzju ta’ identifikazzjoni fuq bażi annwali.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Kunsill Governattiv, filwaqt li jeżerċita ġudizzju sod u motivat, jista’ jiddeċiedi wkoll skont il-paragrafu 3 li sistema ta’ ħlas għandha tiġi identifikata bħala SIPS f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
fejn tali deċiżjoni tkun xierqa meta jitqiesu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tas-sistema ta’ ħlas; in-natura u l-importanza tal-parteċipanti tagħha; is-sostitwibbiltà tas-sistema ta’ ħlas u d-disponibbiltà ta’ alternattivi għaliha; u r-relazzjoni, interdipendenzi, u interazzjonijiet oħra li s-sistema għandha mas-sistema finanzjarja usa’;
|
|
(b)
|
fejn sistema ta’ ħlas ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 unikament minħabba li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 iseħħu fuq perijodu ta’ inqas minn sena kalendarja u jkun plawżibbli li s-sistema ta’ ħlas tibqa’ tissodisfa l-kriterji meta tiġi vvalutata fir-reviżjoni ta’ verifika li jkun imiss.
|
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta deċiżjoni motivata li tidentifika s-sistemi ta’ ħlas li huma soġġetti għal dan ir-Regolament, l-operaturi rispettivi tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti. Din il-lista għandha tinżamm fuq is-sit web tal-BĊE u tiġi aġġornata wara kull bidla.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Deċiżjoni adottata taħt il-paragrafu 3 għandha tibqa’ fis-seħħ sakemm titħassar. Ir-reviżjonijiet tal-verifika ta’ sistemi ta’ ħlas li ġew identifikati bħala SIPSs għandhom isiru fuq bażi annwali sabiex jiġi vverifikat li s-sistemi ta’ ħlas ikomplu jissodisfaw il-kriterji biex jiġu identifikati bħala SIPS. Deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 3 għandha titħassar jekk:
|
(a)
|
f’żewġ reviżjonijiet ta’ verifika konsekuttivi jiġi vverifikat li SIPS ma tkunx issodisfat il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u/jew fil-paragrafu 2; jew
|
|
(b)
|
f’reviżjoni ta’ verifika waħda jiġi vverifikat li SIPS ma tkunx issodisfat il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 u/jew fil-paragrafu 2 u l-operatur ta’ SIPS juri, għas-sodisfazzjon tal-Kunsill Governattiv, li s-SIPS x’aktarx ma tkunx se tissodisfa dawk il-kriterji qabel ir-reviżjoni tal-verifika li jkun imiss.
|
|
|
Artikolu 3 5
|
5. L-operatur tas-sistema ta’ ħlas għandu jkollu d-dritt li jitlob reviżjoni mill-Kunsill Governattiv tad-deċiżjoni li tidentifika s-sistema ta’ ħlas ikkonċernata bħala SIPS fi żmien 30 jum minn meta jirċievi dik id-deċiżjoni. It-talba għandha tinkludi l-informazzjoni kollha ta’ sostenn u għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-Kunsill Governattiv. Il-Kunsill Governattiv għandu jinnotifika deċiżjoni motivata bil-miktub bi tweġiba għal tali talba lill-operatur tas-sistema ta’ ħlas. L-avviż bil-miktub għandu jinforma lil dak l-operatur bid-dritt tiegħu għal stħarriġ ġudizzjarju f’konformità mat-Trattat. Jekk ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv fi żmien xahrejn mit-talba, ir-reviżjoni għandha titqies miċħuda.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|