2. Operatur ta’ SIPS għandu jistabilixxi u jimplimenta politiki u proċeduri li jżommu monitoraġġ tal-kwalità ta’ kreditu, il-likwidità tas-suq u l-volatilità tal-prezz ta’ kull attiv aċċettat bħala kollateral. Operatur ta’ SIPS għandu jżomm monitoraġġ fuq bażi regolari, u mill-inqas darba fis-sena, tal-adegwatezza tal-politiki u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tagħha. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq ukoll kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-SIPS. Operatur ta’ SIPS għandu jipprezza l-kollateral tiegħu skont is-suq mill-inqas darba kuljum.