+Artikolu 12 Kollateral
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7

Artikolu 12 Kollateral

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Operatur ta’ SIPS għandu jaċċetta biss dan l-attiv li ġej bħala kollateral:

(a)

flus kontanti; u

(b)

attiv bi kreditu baxx, likwidità u riskji tas-suq, jiġifieri attiv li għalih l-operatur ta’ SIPS jista’ juri lill-awtorità kompetenti abbażi ta’ valutazzjoni interna adegwata li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

inħareġ minn emittent b’riskju ta’ kreditu baxx;

(ii)

huwa trasferibbli liberament mingħajr restrizzjoni regolatorja jew pretensjonijiet ta’ partijiet terzi;

(iii)

huwa denominat f’munita li r-riskju tagħha hu ġestit mill-operatur ta’ SIPS;

(iv)

għandu data affidabbli dwar il-prezz ippubblikat fuq bażi regolari;

(v)

mhuwiex b’xi mod ieħor soġġett għal riskju sinifikanti wrong-way;

(vi)

ma nħariġx minn parteċipant li jipprovdi l-kollateral jew entità li hija parti mill-istess grupp bħal dak il-parteċipant, ħlief fil-każ ta’ bond kopert u biss fejn l-attiv fil-ġabra ta’ kopertura huwa segregat b’mod xieraq fi ħdan qafas legali robust u jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’punti (i) sa (v).

Fit-twettiq tal-valutazzjoni interna tal-punti (i) sa (vi), l-operatur ta’ SIPS għandu jiddefinixxi, jiddokumenta u japplika metodoloġija oġġettiva.

Artikolu 12 2

2.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabilixxi u jimplimenta politiki u proċeduri li jżommu monitoraġġ tal-kwalità ta’ kreditu, il-likwidità tas-suq u l-volatilità tal-prezz ta’ kull attiv aċċettat bħala kollateral. Operatur ta’ SIPS għandu jżomm monitoraġġ fuq bażi regolari, u mill-inqas darba fis-sena, tal-adegwatezza tal-politiki u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tagħha. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq ukoll kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-SIPS. Operatur ta’ SIPS għandu jipprezza l-kollateral tiegħu skont is-suq mill-inqas darba kuljum.

Artikolu 12 3

3.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabbilixxi haircuts impost stabbli u konservattiv u jittestjahom mill-inqas darba fis-sena u jieħu kont tal-kundizzjonijiet estremi tas-suq. Proċeduri ta’ haircut għandhom jiġu vvalidati minn persunal li mhux dak li ħoloq jew applika l-proċeduri ta’ haircut mill-inqas darba fis-sena.

Artikolu 12 4

4.   Operatur ta’ SIPS għandu jieħu miżuri biex jiġi evitat li investimenti kkonċentrati ta’ ċertu attiv fejn dan ixekkel b’mod sinifikanti l-abbiltà li dan l-attiv jiġi likwidat malajr mingħajr effetti negattivi sinifikanti.

Artikolu 12 5

5.   Operatur ta’ SIPS li jaċċetta kollateral transkonfinali għandu jidentifika u jimmitiga ir-riskji assoċjati mal-użu tiegħu u jiżgura li l-kollateral transkonfinali jista’ jintuża fil-ħin.

Artikolu 12 6

6.   Operatur ta’ SIPS għandu juża sistema effettiva u operazzjonalment flessibbli ta’ ġestjoni tal-kollateral.

Artikolu 12 7

7.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għas-SIPS tal-Eurosistema.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.